M’huwiex minnu li r-rapport tal-Awditur Generali dwar il-miri ta’ Malta dwar enerġija minn sorsi nodfa jikkonkludi li Malta tista’ teħel sa’ €400 miljun f’multi f’każ li l-mira ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa ma tintlaħaqx sas-sena 2020. Dak hu żball li l-Gvern diġa kkoreġa wara rappurtagg zbaljat li deher, pero l-Kap tal-Oppożizzjoni rega irrepeta dak l-izball. Hu car li l-Kap tal-Oppozizzjoni ma qarax ir-rapport originali tal-Awditur Generali u allura bbazza d-diskors tieghu fuq rappurtagg zbaljat.
Kieku qara r-rapport tal-Awditur Generali, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien ikun jaf li l-mekkaniżmu li tuża l-Unjoni Ewropea hu tali li bih ix-xiri ta’ green credits minn Stati Membri oħrajn, multi u ftehim ta’ koperazzjoni huma esklussivi minn xulxin. Filwaqt li jista’ jkollok taħlita ta’ xiri ta’ green credits u ftehim ta’ koperazzjoni ma’ Stat Membru ieħor, żgur li qatt ma jista’ jkollok sitwazzjoni fejn ma’ dawn ikollok ukoll tħallas multi. Għalhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni zbalja meta tefa kollox f’baskett wieħed u rrepeta b’mod zbaljat ic-ċifra li skont hu jkollha tħallas Malta. Ir-rapport tal-Awditur Generali ma jghidx hekk.
Infatti, l-alternattivi li jipprovdu biex Stat Membru jkun jista’ jixtri green credits u/jew jidħol fi ftehim ta’ koperazzjoni ma’ Stat Membru ieħor huma maħsuba biex jgħinu pajjiż jilħaq il-miri f’każ li jkollu diffikulta’ jagħmel dan b’mod awtonomu u b’hekk ma jeħilx il-multi u għalhekk huwa żbaljat li l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħaqqad flimkien l-ispejjeż marbuta ma’ kull waħda minn dawn l-alternattivi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jikkonferma wkoll l-inkonsistenza tal-oppozizzjoni laburista meta għal darb’oħra pprova jdaħħal dubji dwar il-proċess li għaddej bħalissa biex f’pajjiżna jkollna windfarms li se jsiru b’investiment privat.
Fil-fatt bħalissa għadhom għaddejjin l-istudji teknici fis-siti proposti. Ghalkemm din hi informazzjoni li hi pubblika, jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx x’qed isir u ma jafx il-process li hu mehtieg biex isiru l-windfarms. Ta’ min ifakkar li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni li hekk kif tħabbru s-siti biex fihom isiru aktar studji, mar f’Wied Rini biex ibeżża’ lir-residenti tal-inħawi u saħansitra ħareġ bl-argument li ma ghandu l-ebda bazi xjentitika li windfarm tikkontamina l-ilma tal-pjan! Anki hawn il-Kap tal-Oppozizzjoni kien zbaljat.
Dan ikompli joħroġ l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni għaliex wara xhur ta’ kitbiet, inkluż mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent Leo Brincat, biex il-Gvern jikkunsidra wkoll Wied Rini, apparti s-Sikka l-Bajda, hekk kif tħabbru s-siti pprova jieħu l-vantaġġ politiku.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ghandu jippubblika ir-rapporti tal-Oppozizzjoni dwar il-windfarms li skont il-Kelliem tal-oppozizzjoni Roderick Galdes wettaqu minn Kumitat Tekniku tal-oppozizzjoni. Sa llum Joseph Muscat u Roderick Galdes qed jirrifjutaw li jippublikaw ir-rapporti.
Il-Gvern jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq studji u rapporti tekniċi serji u mhux fuq, xnieghat li hareg bihom il-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-ilma tal-pjan u fuq public perception surveys kif kien issuġġerixxa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat












