Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Xogħol ta' tindif fil-fortizza ta' San Pawl f'Marsaxlokk
 
Date: 28/06/2010

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tindif li qed isiru fil-Fortizza ta’ San Pawl f’Marsaxlokk. Preżenti wkoll kien hemm l-Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor Franco Debono li kien b’intervent tiegħu, u permezz ta’ mistoqsija parlamentari li ġie mgħarraf id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika, sabiex isir dan ix-xogħol ta’ tindif f’din iż-żona ta’ Marsaxlokk. Hu kkalkulat li f’dan il-post intefgħu mal-25 tunnellata ta’ skart. Dan ix-xogħol ta’ tindif qiegħed isir biswit sit li ser jinbidel f’Park għall-familji.

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment ġabbru ‘l fuq minn 9,000 tunellata ta’ skart mit-toroq u postijiet ohra fejn ġie identifikat li kien hemm akkumulu ta’ skart mormi llegalment fl-aħħar xhur il-Gvern investa man-nofs miljun ewro sabiex kompla jżid l-inġenji li għandu sabiex tiżdiet il-frekwenza tal-indafa fil-pajjiż. Kemm il-Ministru Pullicino kif ukoll l-Assistent Parlamentari Debono, ikkundannaw dawn l-atti ta’ persuni irresponsabbli. Huma appellaw sabiex kulhadd jifhem l-importanza li nżommu pajjiżna nadif kemm għalina kif ukoll għal dawk li jżuruna.

Illum il-ġurnata m'għadx hawn skuża biex wieħed jarmi barra. Inbnew 5 ċentri biex jilqgħu fihom l-iskart goff, ġew installati 'l fuq minn 200 bring in site li jikkonsistu f'xejn anqas minn 800 kontenitur, kif ukoll hu offrut servizz ta' gbir ta' skart goff mid-djar tan-nies b’xejn.

Rapporti dwar postijiet li jkunu jeħtieġu intervent biex jitnadfu jistgħu isiru fuq il-freephone tal-ambjent 8007 6608
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design