Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Speeches *
* * *
* * *
 
DISKORS MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT WAQT IT-TNEDIJA TA’L-EWWEL INBEJJED MALTIN B’DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI KONTROLLATA
Date: 15/12/2007


L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna biex tipparteċipaw f’dan l-avveniment li qed jiċċelebra mument storiku fil-qasam tal-produzzjoni ta’ l-inbid f’Malta.

Għall-ewwel darba fl-istorja twila tal-produzzjoni ta’ l-inbid f’Malta illum għandna sbatax–il tip ta’ inbid Malti minn ħames produttiri ta’ l-Inbid li ġew prodotti taħt skema ta’ ċertifikazzjoni D.O.K.

Filwaqt li l-inbejjed Maltin dejjem intlaqgħu sew kemm mill-konsumatur Malti, kif ukoll dak barrani, il-pass tal-lum ser ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala produttur ta’ inbid ta’ kwalità għolja u li fil-kuntest ta' inbid prodott f'regjun tal-Ewropa li għandha kundizzjonijiet favorevoli għall-produzzjoni tal-inbid tant hu hekk li b'differenza ta' ħafna pajjiżi oħra, f'Malta ma hemmx ħtieġa li wieħed iżid iz-zokkor biex jilħaq il-livell meħtieġ.

Din iċ-ċertifikazzjoni tad-DOK għandha bażi fil-liġijiet ta’ l-Unjoni Europea u ghalekk il-konsumatur ghandu rasu mistrieha li qed jixrob inbid prodott skond kif rikjest mill-aqwa sistemi ta' certifikazzjoni fid-dinja. Iva sinjuri,,,hekk hu. Bl-okkazjoni tal-llum qed niddikjara li l-inbejjed Maltin certifikati huma fost l-aqwa inbejjed Ewropej.

Dan hu mhux biss milestone għal dan is-settur: għandu jservi ta' xprun għas-snin li ġejjin. Mil-lat personali, inħossni kburi f'dan il-mument u konvint li l-produtturi u l-bdiewa Maltin u Għawdxin iħossuhom l-istess issa li lħaqna din il-mira.

Ma kinitx triq faċli. In-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea kienu iebsin, iżda fi kliem l-eks Kummissjaru Fishler, Malta akkwistat pakkett tajjeb ħafna f'dan is-settur ukoll. Illum grazzi ukoll għan-negozjati, lħaqna madwar 950 ettaru ta' art ddedikata għad-dwieli u ngħatat għajnuna ta' aktar min nofs miljun lira biex jitħawwlu dwieli skond l-aqwa kriterji meħtieġa. Dawn l-aħħar snin ġabu bidla minn taħt fuq f'dan is-settur u ppermettuli nagħmel punt importanti. Qabel u wara s-sħubija ta' Malta kien hemm biza' fost il-produtturi ta’ l-inbejjed li għal dan is-settur ma kienx hemm futur u dan minħabba l-kummerċ ħieles li ġabet magħha s-sħubija.

Huwa minnu li fil-kuntest ta' kummerċ ħieles jeżistu sfidi kbar, iżda jien konvint ukoll li kieku ma kienx għal dan il-fatt, l-għajnuna li ngħatat għal dan is-settur ma konnhiex naslu għat-tragward li wasalna llum. Ir-realtà tal-lum mhix se tinbidel u għalhekk irridu nħarsu lejha bħala opportunità u stimolu li jgħinuna nimmodernizzaw u ntejjbu l-kwalità.

Fil-livelli ta' produzzjoni ta' pajjizna, għal dak li għandu x'jaqsam ma' inbejjed ta' kwalità, għadnih kemm -il darba u nerġa' ntennieh illum. Ma nistgħux inħarsu biss lejn il-kompetitività fuq livelli ta' prezzijiet biss iżda irridu nagħmlu emfazi permezz ta' strateġija effettiva ta' marketing fuq kwalita'. F'dan ir-rigward il-Ministeru għazel li jissponsorja żewġ programmi fuq l-istazzjon nazzjonali biex jeduka l-konsumaturi fuq il-kwalitajiet ta’ l-inbejjeb Maltin ta' kwalità.

Irrid nieħu din l-opportunità biex nispjega li f'Malta iċ-ċertifikazzjoni ser tieħu l-forma ta’ żewġ kategoriji: dik tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata u dik ta’ Indikazzjoni Geografika Tipika.

L-inbejjed taħt it-tiketta tad-D.O.K. - li huma ta’ l-għola kwalità - ser jagħtu garanzija lill-konsumaturi kemm f’pajjiżna kif ukoll l’barra minn xtutna li l-prodott ġie magħmul b’regoli li jiżguraw livell ta’ kwalità għolja. L-iskema toffri wkoll kontrolli taħt il-forma ta’ analiżi ġewwa laboratorju akkreditat u analiżi minn panel professjonali.

Il-Ministeru tiegħi ha deċizjoni illi dawn l-analiżi isiru ġewwa l-Italja mill-Enoteca di Siena. Din l-Enoteca ilha mwaqqfa sa mill-1933 bl-iskop illi twassal il-prodotti ta’ pajjizha lejn livelli ta’ kwalità dejjem ogħola. Ix-xogħol li ser tagħmel fi ħdan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tad-D.O.K. tagħna ser jgħati fost l-aqwa garanziji possibbli għall-prodott tagħna.

Jien konvint li l-kollaborazzjoni futura bejn Malta u Siena għandha tagħti spinta mhux biss lill-produzzjoni ta’ kwalità u l-għarfien ta’ l-inbid f’pajjiżna, iżda anke fit-twaqqif ta’ strutturi biex jgħinu lill-industrija ta’ l-inbid f’Malta tkompli tikber u tiffjorixxi.

Minbarra dan l-avvanz, bi pjaċir inħabbar li kull informazzjoni utli dwar l-imbejjed Maltin ta’ kwalita’, wieħed jista’ jsibha fuq is-sit eletroniku ġdid li d-dipartiment qed inhiedi fil-jiem li ġejjin www.maltaqualitywines.com. Ħsibna ukoll biex abbinat ma’ din il-website, nniehdu kompetizzjoni għall-aħjar logo/disinn għaċ-ċertifikazzjoni DOK f’Malta sabiex nagħtu identita’ ikbar lil dan il-pass importanti fil-vitikoltura Maltija. Iktar dettalji jingħataw fil-jiem li ġejjin.

Grazzi lil dawk kollha – mill-bdiewa sal-produtturi – li llum qed jagħmluni kburi b’dan il-prodott Malti.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design