 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
|
Diskors mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor Dr. Francis Agius, waqt seminar fuq L-agrikultura organika. |
Date:
13/04/2004
L-agrikultura organika huwa settur pjuttost zghir kemm f'Malta u anki fl-Ewropa. Fl-ewropa dan is-settur beda jikber fis-snin disghin meta l-UE dahhlet ir-regolament fuq l-Agrukultura Organika. Illum tant kiber li sar settur importanti li jikkmanda 10% mis-settur tal-agrikultura tal-UE, u sas sena 2002 kien ikopri 4.5 miljuni ta' ettari fl-ewropa biss. Id-dhul minn dan is-suq fl-ewropa kien ta 9 biljuni ta euro fis-sena 2001. madanakollu dan is-settur baqa jizdied, tant li dawn il-prodotti jinhatfu, u qisu qatt m'hemm bizzejjed minnhom. F'Malta, dan is-settur ghadu zghir, u hawn ftit bdiewa li jipprattikawh, imma madanakollu nemmnu li huwa suq li ghandu lok fejn jizviluppa hafna aktar. F'dawn l-ahhar tlett xhur ghamilna kuntatti ma esportatur germaniz li huwa interessat li jesporta prodotti organici maltin. Dan nemmnu li huwa settur fejn il-prodott Malti ghandu vantagg, kemm li ha jsib suq, kif ukoll, li jiehu prezz ahjar tal-prodott tieghu. Fil-fatt dan il-Ministeru, biex jghin lil bdiewa, qed jipprovdi fondi ta ghajnuna mill-Pjan tal-Izvilupp Rurali. Biex juri l-importanza li qed jghati lil dan il-qasam, il-MRAE, sitt xhur ilu, waqqaf sezzjoni ghall-Agrikultura Organika li hija ddedikata kompletament ghal dan ix-xoghol. Fiha hemm zewg ufficjali, Ufficjal Xjentifiku u Ufficjal Agrikolu, imma madanakollu hemm xi hsibijiet li inziduhom fil-futur. Bhala parti minn xogholhom huma qed jipprovaw izidu l-kuxjenza publika tan-nies fuq dan is-suggett. Apparti li gew ippublikati diversi artikli fuq dan il-qasam, saru diversi programmi fir-radju iddedikati ezkluzivament ghall-agrikultura organika. Dawn l-ahhar kienu success, ghax cemplu hafna nies kemm waqt il-program, u anki wara, fl-ufficju tal-Agrikultura Organika l-Ghammieri. Il-MRAE qed jipprova jghin ukoll lil produtturi billi jtihom l-informazzjoni li jehtiegilhom, u anki billi jipprova jghinhom jwaqqfu Producer Organization. B'din l-ahhar, jkunu eligibli biex japplikaw ghal iktar fondi mill-Unjoni Ewropeja, li jistghu jintuzaw biex iwaqqfu struttura biex ikunu jistghu jipprocessaw il-prodotti organici kif jinhtieg ghas-suq. Il-fondi tal-PO jkunu jistaw jintuzaw ukoll biex ikopru parti mill-ispejjez tac-certifikazzjoni tal-prodott. Fuq dan l-ahhar suggett, nistghu ukoll nghidu li l-MRAE ghandu f'idejh l-ahhar draft tal-ligi tal-Agrikultura Organika ghal Malta, li ghandha tigi issehh fl-ewwel ta Mejju li gej. Din il-ligi jew regolamenti jkopru l-process ta certifikazzjoni tal-prodotti lokali. B'hekk prodotti maltin ikunu jistghu jigu certifikati sal-ahhar ta din is-sena. Aspett iehor li qed jipprova jahdem fuqu dan il-Ministeru huwa l-aspett tal-konsumatur. Qed isir survey mis-sezzjoni Ghall-Agrikultura Organika biex jaraw x'jahseb il-poplu malti minn dan il-prodott agrikolu. S'issa jidher li l-magoranza tan-nies huma favur dan il-prodott, partikolarment miinhabba r-raguni li dawn il-prodotti ghandhom il-garanzija li m'ghandhomx residwi ta' bexx fuqhom. Ir-rizultati ghandhom jigu ippublikati iktar tard dan ix-xahar. Xi sitt xhur ilu f'Ottubru, dan il-Ministeru qabbad xi esperti barranin biex jghamlu studju fuq is-sitwazzjoni tal-agrikultura organika f'Malta u l-Futur taghha. Il-MRAE din il-gimgha ha jwaqqaf kumitat biex jistudjaw dan ir-rapport halli johorgu b'rakkomandazzjonijiet ta x'jista jsir ghal futur tal-agrikultura organika f'Malta. Dan il-kumitat ha jkun imwaqqaf minn raprezentanti ta' ghaqdiet li imdahhlin fis-settur, raprezentanti tal-Minsteru tal-RAE, u anki minn rapprezentant tal-Malta Standards Authority li ha jkunu risponsabbli ghac-certifikazjoni tal-prodotti lokali. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|