 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
|
Diskors mis-Segretarju Parlamentari Dr. Francis Agius waqt il-laqgha generali annwali ghall produtturi tal-gebejniet tan-naghag u l-moghoz |
Date:
17/04/2004
Dalghodu is-Segretarju Parlamentari l-Onor Dr Francis Agius indirizza lill produtturi tal-gbejniet fejn ghamel enfazi li il-produtturi ghandhom jghamlu il-prodott Malti kemm jista jkun b’mod tradizzjonali. Dr. Agius qal li huwa veru li ma ghandniex art bizzejjed pero zgur li ghandna naghmlu sforz sabiex in-naghag taghna jieklu kemm jista jkun maghlef ta’ kwalita mill-art maltija bhal gulbiena, silla, avena u alfalfa (din tal-ahhar trid l-ilma).
Il-gbejna taghna trid tkun frott ta’ Malta, kompla Dr. Agius, sabiex tkun tista tifforma parti min ikel mediterranju li llum huwa valutat hafna. B’hekk ukoll jikber ic-cans li dan il-prodott ikollu protezzjoni regjonali maghrufa mill-Unjoni Ewropeja ghax dan jinkludi l-parti geografika jigifieri r-regjun u r-ricetta. Fuq dan ghandkom tahdmu mall-MSA. Anke ghall-esportazzjoni, il-gbejna trid tkun kemm jista jkun frott artna. Biex hekk ikollha l-identita’ taghna u tkun tghamel differenza minn prodotti ohra.
Dr. Agius heggeg lill produtturi li meta jintalbu xi informazzjoni mid-Dipartiment ghandhom jghamluha ghax ahna, Ministeru u d-dipartiment, nistghu ngibu ghajnuna mill- Unjoni Ewropea biss bil-ghajnuna taghkom. L-Unjoni Ewropea ma taghti xejn minghajr kontrolli stretti u allura huwa importanti li naghmlu l-parti taghna wkoll halli hekk dan is-settur ikun jista’ jgawdi ukoll mill ghajnuna dovuta.
Dr. Agius qal li jidher li ghalkemm domna xahrejn nirregistraw il-bhejjem, xi whud qatghu qalbhom forsi ghax tlabnikom in-numru tac-comb. Dan ma ghandux ikun. F’Malta rregistraw 611 il-produttur tan-naghag u moghoz filwaqt li go Ghawdex irregistraw 360 produttur tan-naghag u moghoz.
Is-socjeta taghna illum hija aktar konxja mis-sahha u mill indaha u ghalhekk huawa importanti li tkomplu tejbu l-indafa u l-manigg fit-trobbija u fil-produzzjoni tal-gbejniet. Qeghdin f’dinja fejn il-kompetizzjoni hijja xi haga li ma nistghux nghaddu minghajra u ghalehkk huwa essenzjali li tibzaw ghas-suq u ghall-konsumaturi u araw li taghmlu t-tikketti fuq il-prodott anke jekk din twahhluha mad-dixx li fih jkun esposti l-gbejniet taghkom biss.Fejn possibli dawn ghandhom ikunu ppakjati. Niehu gost li f’dan ir-rigward mxejtu hafna ghalkemm ghad hemm min jahseb li dan il-prodott ma jistax jippakkja ruhu kompla Dr. Agius.
Ghamlu riklamar bi hsieb ghax illum dan il prodott irrid ikun mgharuf sabiex dan il-prodott jerga jiehu l-post li jixraqlu fil-kcina Maltija. Araw intom stess li dawn il-gbejniet jkunu esposti biss ghall-bejgh f’postijiet dicenti u fejn hemm kesha bizzejjed li ma tghamilx hsara lill prodott taghkom li finalment jghamel riklam hazin lilkom u lil produtturi l-ohra bhalkom.
Dr. Agius temm jghid, “li intom ghandkom prodott delikat hafna f’idejkom ghax hafna drabi jinbiegh frisk, mhux bhal meta jkun gobon maturat u allura certu mikrobi jkunu nqerdu. Allura hudu hsieb hafna”. Minn hawn u ftit gimghat ohra ser inkunu membri shah fl-Unjoni Ewropea u ghalhekk ejjew inhrsu l-quddiem lejn dawn l-opportunitajiet il-godda li ghandna u li jistghu jtuna ic-cans li nikbru ahna flimkien mall prodott taghna. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|